F'mument ħelu u mimli emozzjoni tal-familja, id-Deputat Parlamentari Andy Ellul qasam fuq il-midja soċjali ritratt mill-okkażjoni speċjali tal-Griżma tal-Isqof ta' ibnu Gianni, fejn esprima l-ferħ tiegħu u ta' martu f'dan il-jum memorabbli.
B'messaġġ qasir iżda mill-qalb, "A proud parents' moment! Gianni's Holy Confirmation 2026", Ellul ta ħarsa lejn in-naħa personali tiegħu 'l bogħod mill-impenji politiċi ta' kuljum, hekk kif ingħaqad mal-familja biex jiċċelebra dan il-pass importanti fil-ħajja Nisranija u t-trobbija ta' binu.
Il-post malajr ġibdet bosta reazzjonijiet pożittivi u messaġġi ta' awguri mingħand segwaċi, ħbieb u kollegi li sellmu lil Gianni u lill-familja Ellul f'din l-okkażjoni sabiħa.
Nawgurawlek Gianni!
Facebook/Andy Ellul