Ixxerja
Il-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta fuq il-midja soċjali ħarġet avviż pubbliku fejn infurmat lill-pubbliku li bħalissa l-membri tagħha tinsab għaddejja b’operazzjoni biex tikkontrolla nirien industrijali li faqqgħu f’Birkirkara.
Fl-avviż intqal li, minħabba tħassib dwar is-sigurtà u minħabba l-operazzjonijiet ta’ emerġenza li għadhom għaddejjin, il-pubbliku huwa mitlub jevita ż-żona affettwata sakemm tingħata aktar informazzjoni.
Ir-residenti li jgħixu f’żoni fil-qrib, inklużi Swatar u Birkirkara, ġew avżati biex iżommu l-bibien u t-twieqi kollha magħluqa bħala miżura ta’ prekawzjoni kontra d-duħħan u l-fwejjaħ li jistgħu jinfirxu fl-arja.
L-awtoritajiet appellaw lill-pubbliku biex isegwi l-aġġornamenti uffiċjali mill-Protezzjoni Ċivili ta’ Malta u mill-awtoritajiet lokali għal aktar informazzjoni u istruzzjonijiet hekk kif is-sitwazzjoni tiżviluppa.
Ixxerja
Miktub Minn
Kyle Zarb
Interessat ħafna f'dak kollu li hu relatat mal-midja u x-xandir. Nistgħu ngħidu li hu ffissat fid-dinja tal-ispettaklu; kemm dik lokali kif ukoll internazzjonali. Isegwi d-drama Maltija ta' kull ġeneru u tassew japprezza t-talent Malti. Għandu esperjenza fejn jidħol kant, kif ukoll animazzjoni għat-tfal. Hu jħoss sodisfazzjon kbir meta jferraħ lil ħaddieħor u tkun xi tkun iċ-ċirkostanza jipprova dejjem iżomm tbissima fuq fommu.
“Tilef Id-Dar Tiegħu, Imma Mhux Il-Valur Tiegħu. Darba, Cole Tilef Kull Ma Kien Jaf” – MSPCA
Gabriella Borg
Ilbieraħ
Fuq il-mezzi soċjali tagħhom, l-MSPCA kitbu messaġġ lil Cole, kelb li fl-aħħar ġie mogħti ċans ġdid. Huma spjegaw, “Tilef id-dar tiegħu, imma mhux il-valur tiegħu. Darba, Cole tilef kull ma kien jaf. Id-dar li kien jaf, il-ħajja li ħaseb li dejjem se jkollu. Illum, Cole ipoġġi quddiem bieb ġdid, mhux bħala kelb li ġie abbandunat […]