"Il-Vuċi Tiegħek Għadha Tidwi" – Luisana Tfakkar Lil Missierha Li Ħalliena 23 Sena Ilu!

Bħal-lum 23 sena ilu, ħalliena leġġenda fil-mużika Maltija, Sammy Bartolo. Sammy magħruf għall-kanzunetti Maltin tiegħu, "Għajnejk Sbieħ", "Kemm Hu Sabiħ", "Il-Bajja Tal-Mellieħa", "L-Aħħar Bidwi F'Wied Il-Għasel"...Kanzunetti li għadhom popolari sal-lum il-ġurnata.



It-tifla ta' Sammy Bartolo fakkret lil missierha b'nota ħelwa. "Għaddew ħafna snin, imma qatt ma kien hemm mument li nsejtek. 23 sena għadu jinħass qisu lbieraħ għalija! .. Il-Vuċi tiegħek għadha tidwi fil-mużika sabiħa li ħallejt warajk. Nies għadhom jgħajtu ismek, għadhom idoqqu l-mużika u l-aktar għadhom jitkellmu fuqek b'unur u rispett. Int speċjali f'kollox u kulħadd jimmisjak. Inħobbok u nimmisjak Pà!"

Kien kantant leġġenda maħbub minn ħafna! Strieħ fis-sliem Sammy! 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI