Illejla Fid-Disgħa Ta’ Filgħaxija – Il-Finali Tal-World Cup Bejn L-Arġentina U Spanja

Illejla fid-disgħa ta’ filgħaxija se sseħħ il-logħba finali tat-Tazza Tad-Dinja tas-sena 2026. Iż-żewġ finalisti huma l-Arġentina u Spanja, u se jikkompetu bejniethom għat-titlu tal-aqwa tim tal-futbol mid-dinja kollha.

Fl-aħħar World Cup, erba’ snin ilu, ir-rebbieħa kienu l-plejers tal-Arġentina u għalhekk jekk jerġgħu jirbħu, ikunu qed jakkwistaw it-tazza tal-ewwel post għat-tieni darba konsekuttiva, filwaqt illi jekk jirbħu Spanja, l-Arġentina jkollu ċċedi titolu tagħha lit-tim ta’ plejers Spanjoli.

Lionel Messi huwa kkunsidrat bħala l-aqwa plejer tat-tim tal-Arġentina, waqt li Lamine Yamal hu ġeneralment ikkunsidrat bħala l-aqwa plejer tat-tim Spanjol. Fatt interessanti huwa li bħallissa qed idur fuq l-internet ritratt antik ta’ Messi jaħsel lil Lamine Yamal li dak iż-żmien kien għadu biss tarbija ta’ ftit xhur. Mur għidlu li dsatax-il sena oħra kien se jkun qed jikkompetilu f’waħda mill-iktar kompetizzjonijiet prestiġjużi tad-dinja kollha!

Min tixtiequ li jirbaħ it-tazza tad-dinja llejla?

Ritratti:

Facebook / Lionel Messi u Lamine Yamal u FIFA World Cup

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI