Illejla Jibda R-Raba’ Staġun Ta’ Love Island Malta!

Waslet il-ġurnata tant mistennija għal bosta Maltin li jsegwu Love Island Malta. Illum jibda r-raba’ staġun ta’ dan il-programm. Il-parteċipanti diġa ġew żvelati, u issa jonqos naraw kif se jingħaqdu bħala koppji fil-programm.

Fil-‘First Look’, filmat li jiżvela ħjiel ta’ x’se jiġri fil-programm, il-preżentatriċi tispjega li Love Island ma jkunx Love island mingħajr sfida. F’din l-isfida, il-parteċipanti se jkollhom jaħdmu flimkien u anke jsiru jafu xi opinjonijiet li għandhom fuq xulxin.



Tispjega wkoll li l-koppji huma lesti għaliex mingħajr ma nafu, aħna t-telespettaturi għażilniehom aħna stess.



Il-programm se jibda fid-disgħa u kwart ta’ billejl. Se ssegwu intom?



Ritratti:

Facebook / Love Island Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI