Fi ftit ħin ieħor l-Italja ser tkun qed tospita lit-tim nazzjonali Malti tal-futbol fejn ser ikunu qed jilgħabu logħba tal-UEFA EURO Qualifiers. Għalkemm f’pajjiżna hawn bosta Maltin li jissaportjaw lit-tim Taljan, naturalment pajjiżna għandu jiġi l-ewwel u jiġri x’jiġri għandna nagħtu sapport lit-tim nazzjonali Malti. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, is-Segretarju Parlamentari Chris Bonett għadda messaġġ f’dan ir-rigward.
Huwa beda billi qal, “illejla nkunu kburin bl-għajta tagħna Forza Malta fil-logħba ta’ prestiġju għat-tim nazzjonali tal-football kontra l-Italja.” Żied jgħid ukoll li, “l-appell tiegħi huwa li nappoġjaw lil pajjiżna wkoll nhar it-Tlieta kontra l-Ukrajna, u kull darba li atleti tagħna jirrapreżentawna f’kull dixxiplina sportiva.”
Facebook/ Chris Bonett