It-tabib Frank Portelli kmieni dalgħodu fuq il-profil tiegħu ta' Facebook qal li għandna nistennew aktar minn mitt każ illum. Jidher li l-indikazzjonijiet huma li hemm numru sostanzjali sew ta' każijiet ġodda. Fl-aħħar jumejn kellna 204 każijiet ġodda, b'102 każi mħabbra kuljum.
Skont il-paġna ta' Gerald Fenech, jidher li n-numru ta' każijiet ħa jkun ferm għola minn dak li rajna fl-aħħar jumejn. Hu qed jgħid li hemm madwar 164 li minnhom jista' jkun hemm ukoll testijiet pożittivi ta' pazjenti li ġa kienu għamlu t-test tal-Covid-19 u kienu qed jieħdu t-test sabiex jaraw għadhomx pożittivi.
Jekk dawn in-numri huma viċin u mhux ħa jkollna xi numru sostanzjali ta' fejqan, illum għall-ewwel darba ħa naraw aktar minn 2000 każ attiv ġewwa pajjiżna. Nittamaw li ma ndumux ma naraw dawn il-każijiet neżlin.