Ftit jiem ilu, ġibna l-istorja tal-omm wara l-blogg ‘I Am Diego’ u llum hu jum ftit aktar speċjali mis-soltu għal din l-omm. Wieħed jistaqsi għala? Illum hu proprju l-jum li fih Diego twieled u biex tfakkar dan ommu Sefora tellgħet fuq il-paġna ta’ Facebook vidjow qasir b’diversi ritratti.
Ritratti minn meta Diego twieled, sa llum. Iċ-ċkejken Diego jagħlaq 4 snin u żgur li dawn l-erba’ snin kienu ta’ avventura għal familja Tabone, avventura li tgħallmu u raw kif għamlu biex jagħmlu l-ħajja ta’ Diego aħjar u jqajmu wkoll għarfien dwar dan.
Minn qalbna f’isem Gwida.mt nixtiequ liċ-ċkejken Diego, jum mill-isbaħ u sena mimlija saħħa u dak kollu li tixtieq qalbu. Awguri Diego f’għeluq sninek!
Facebook / I Am Diego