Illum Jiċċelebra Għeluq Sninu Żaren Tal-Ajkla – Jagħlaq 65 Sena

Proprju llum Nażżarenu Bonniċi, magħruf aħjar bħala Żaren tal-Ajkla, qed jiċċelebra l-età ta’ 65 sena.

Lil Żaren narawh jikkontesta l-elezzjoni ġenerali fuq bażi indipendenti – iżda madankollu huwa qatt ma kiseb biżżejjed voti sabiex jiġi elett.

Intant, Żaren huwa magħruf l-aktar għall-ġenerożità tiegħu. Fil-Ġimgħa l-Kbir tal-2022 huwa anke ġabar is-somma ta’ €1,183.37, b’risq Puttinu Cares.

Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Żaren f’għeluq sninu!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI