Il-Festa ta’ San Pawl tiġi ċċelebrata kull sena fl-10 ta’ Frar. Illum niċċelebraw meta San Pawl Appostlu ġie Malta wara nawfraġju fi triqtu lejn Ruma. L-istorja hija dettaljata fl-Atti tal-Appostli.
Din il-festa tfakkar il-miġja tal-appostlu f’pajjiżna wara maltempata qalila fi triqtu lejn Ruma. Skont l-Atti tal-Appostli, Pawlu flimkien mal-vjaġġaturi sabu refuġju fuq il-gżejjer tagħna wara t-tifrik tal-ġifen, u kien hawn li ġew milqugħa bi ħlewwa liema bħalha.
Bis-saħħa ta’ dan in-newfraġju, beda t-tixrid tal-Kristjaneżmu f’Malta.