“Xi Ħaġa Personali Li Teħtieġ Ħafna Ħin, Imħabba U Dedikazzjoni” – Kurt Galea Jħabbar It-Tluq Minn Bay Easy Breakfast

Il-preżentatur Kurt Galea ħabbar li llum se jkun qed jippreżenta għall-aħħar darba l-programm Bay Easy Breakfast, wara sena u tliet xhur jagħmel parti minn din l-esperjenza fuq ir-radju. Permezz ta’ messaġġ li qasam Kurt ma' Gwida.mt spjega li ħabbar li kien wasal biex jagħlaq dan il-kapitlu, hekk kif għalissa se jkun qed jieqaf minħabba raġuni personali li teħtieġ ħafna mill-ħin u l-attenzjoni tiegħu.

“Bay Easy Breakfast. Programm li ilna nagħmlu għal dawn l-aħħar sena u tliet xhur issa,” qalilna Kurt, qabel ma żvela l-aħbar dwar it-tluq tiegħu. “Ħabbart illi se jkun l-aħħar programm tiegħi, għaliex se nkun qiegħed nieqaf minħabba xi ħaġa personali li teħtieġ ħafna ħin, imħabba u dedikazzjoni,” kompla jgħid.

Minkejja li ma daħalx f’aktar dettall dwar ir-raġuni wara din id-deċiżjoni, jidher li Kurt issa se jkun qed jagħti prijorità lil dan il-kapitlu personali f’ħajtu.

Nawguraw lil Kurt kull suċċess f’dak kollu li hemm jistennieh fil-ġejjieni!

Ritratti:

Facebook / Kurt Galea

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI