Bil-Filmat: Pierre Cordina Jieqaf Mill-Programm Fuq Magic Radio Għal Raġuni Speċjali Marbuta Mal-Għażiża Bintu

Il-preżentatur Pierre Cordina ħabbar li ddeċieda li jieqaf mill-programm tiegħu ta’ kuljum wara nofsinhar fuq Magic Radio, hekk kif jixtieq jiddedika aktar ħin lil bintu Luisa Pia f’kapitlu ġdid u importanti f’ħajjitha. Luisa Pia għadha kemm bdiet l-iskola primarja u Pierre spjega li jixtieq ikun preżenti għaliha matul dan il-perjodu, b’mod partikolari wara l-ħin tal-iskola.

“Bil-fatt li Luisa Pia bdiet l-iskola primarja, irrid inkun hemm għaliha f’dan il-kapitlu ġdid u speċjali f’ħajjitha... speċjalment wara l-iskola,” kiteb Pierre f’messaġġ li qasam fuq il-midja soċjali. Kien proprju għal din ir-raġuni li ħa d-deċiżjoni li jitbiegħed mill-programm tiegħu ta’ kuljum fuq Magic Radio 91.7 u fuq il-mezzi soċjali tħabbar li se jkun qed jingħaqad ma' Bay Easy biex jippreżenta l-breakfast show tal-istazzjon.

Pierre rringrazzja lill-istazzjon għall-vjaġġ li għamel miegħu, kif ukoll lis-semmiegħa kollha li matul dan iż-żmien qattgħu waranofsinhar miegħu fuq ir-radju. “Grat għall-vjaġġ, għall-memorji u għal kull min qatta’ waranofsinhar miegħi,” kiteb.

Iżda kien il-ħsieb li bih għalaq il-messaġġ tiegħu li forsi l-aktar jiġbor ir-raġuni wara din id-deċiżjoni. “Xi drabi mhux dwar li tkun qed iċċedi xi ħaġa... iżda dwar li tagħżel dak li jgħodd l-aktar.” Pierre rringrazzja wkoll lill-programm Illum ma’ Steph talli stiednu biex jitkellem dwar dan il-kapitlu f’ħajtu.

Deċiżjoni mill-qalb għal Pierre, li għalissa għażel li jagħti prijorità lil mumenti prezzjużi ma’ bintu hekk kif tibda dan il-vjaġġ ġdid fl-iskola.

Ritratti:

Facebook / Pierre Cordina

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI