L-Għaqda Santa Katarina F’Luttu – Tislima Lil Marisa Li Tat Qalbha Għall-Komunità

L-Għaqda Mużikali Banda Żejtun – Għaqda Santa Katarina V.M. AD 1933 tinsab f’luttu hekk kif ħabbret il-mewt ta’ Marisa, kollega u ħabiba għażiża li ħalliet impatt profond fil-ħajja tal-għaqda u tal-komunità.

F’messaġġ mimli emozzjoni, l-għaqda fissret kemm Marisa kienet figura ċentrali, mhux biss fil-Kummissjoni Familja u Attivitajiet Soċjali, iżda wkoll bħala persuna li dejjem tat minn qalbha biex tgħaqqad lin-nies u tferraħ lil kull min ikun madwarha.

L-għaqda kitbet, “Tgħaddi għall-mistrieħ ta’ dejjem kollega għażiża fi ħdan il-Kummissjoni Familja u Attivitajiet Soċjali kif ukoll ħabiba u karattru kbir immens f’din l-Għaqda tagħna. Marisa kienet parti mill-qalb u l-polz tal-Għaqda għaliex dejjem stinkat u ħadmet biex ittella’ l-isem tagħna u tferraħ kull fejn tkun.”



L-għaqda żiedet, “L-għan tagħha kien dejjem li tattira iktar tfal u żgħażagħ f’din l-Għaqda u żżommha bħala familja magħquda – u huwa dmirna li nkomplu ngħajjxu din l-għan tagħha. Mument ta’ swied il-qalb fuqna għaliex tlifna ħabiba għażiża u kollega imprezzabbli. Noffru l-kondoljanzi tagħna lil żewġha, Jonathan Spiteri, kif ukoll lit-tfal tagħha u l-kumplament tal-familja. Santa Katarina V.M. iżżomm idejha fuqha u fuq il-familja kollha. Strieħ fis-sliem, Marisa, inħobbuk.”



Il-messaġġ jenfasizza mhux biss it-telfa kbira li ħalliet Marisa, iżda wkoll il-wirt sabiħ li ħalliet warajha, speċjalment il-ħidma tagħha biex tattira aktar tfal u żgħażagħ lejn l-għaqda u biex iżżomm spirtu ta’ familja magħquda.

F’dan il-mument diffiċli, il-ħsibijiet u t-talb imorru għand żewġha Jonathan Spiteri, it-tfal tagħha u l-qraba kollha tagħha.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI