In-Numru Attwali Ta’ Każijiet Attivi Ta’ Pajjiżna Huwa Kważi Daqs Il-Popolazzjoni Tal-Floriana

In-numru attwali ta’ każijiet attivi f’Malta huwa bejn wieħed u ieħor id-daqs tal-popolazzjoni tal-Floriana. Il-każijiet dan l-aħħar komplew jiżdiedu, bl-għadd ta’ każijiet attivi f’pajjiżna uffiċjalment jilħaq 2,041 wara li llum instabu153 każ ġdid u fiequ 89 persuna.

View this post on Instagram

A post shared by cliftonfar (@cliftonfar) on May 15, 2018 at 10:19pm PDT

Meta wieħed iqis il-fatt li Malta għandha lista sħiħa ta’ lokalitajiet u daqsijiet differenti tal-popolazzjoni, is-sit Guidememalta.com u sab statistika interessanti. ln-numru attwali ta’ każijiet attivi ta’ Malta huwa biss 12-il każ ‘il bogħod minn numru ta’ nies residenti fil-Floriana.

View this post on Instagram

A post shared by Kappa Vision (@kappavision_gram) on Nov 6, 2020 at 9:57am PST

Skont is-sit City Population, l-istima hi li fil-Floriana joqogħdu 2,053 resident. Jekk il-każijiet jibqgħu jiżdiedu (nittamaw li ma jkunx il-każ), il-post li jmiss huwa Ta’ Xbiex li għandu 2,148 u mbagħad Ħal Safi li għandu popolazzjoni ta’ 2,375.

Instagram / jamesaaronellul







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI