Inqas Numri Mistennija Tal-Covid-19 Illum – X'Qed Jingħad?

Kollox jindika li llum għandna nistennew numri ta’ nies li ħarġu pożittivi inqas minn tal-bieraħ. Dan jawgura tajjeb jekk dejjem jirnexxilna nżommu dan ir-ritmu għax b’hekk ikomplu jfiqu aktar persuni u n-numri ta’ każijiet attivi jkomplu jonqsu.





Iz-Zija TT ħarġet aġġornament sa madwar is-06:00 ta’ dalgħodu fejn qalet li kien hemm madwar 40 każ filwaqt li t-tabib Frank Portelli li ħareġ aġġornament għal madwar it-08:00 ta’ dalgħodu qal li kien hemm madwar 50 każ.



Gerald Fenech kien l-aħħar wieħed li ħareġ l-aġġornament tiegħu, li kien stmat sad-09:00 ta’ dalgħodu u hu qal li hemm madwar 58 każ. Jidher li r-rata ta’ trasmissjoni kompli niżlet hekk kif issa tinsab 0.75! Dan ifisser li minn 4 persuni qed jgħaddu l-infezzjoni lil tlieta biss.

Ovvjament, wieħed xorta għandu jibqa’ attent u jimxi mal-miżuri imposti tas-saħħa. Il-battalja għadha għaddejja iżda bil-mod qed nimxu ‘l quddiem.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI