"Insellem Il-Memorja Tal-Għażiż Ħija George, Li Bħal Għada Sena Sejjaħlu Għal Ħdejn Il-Mulej" – Mario Micallef

Bħal għada sena, il-komunità Beltija u dik tat-teatru lokali inħasdet hekk kif ħarġet l-aħbar li ġie nieqes l-attur Belti George Micallef. Bosta atturi sellmu l-memorja tiegħu u aħna ta’ Gwida.mt kellna ċ-ċans ukoll li nkunu hemm għall-aħħar tislima.





Ħuh Mario, ftit tal-ħin ilu se fakkar dik il-ġurnata kerha b’erba’ kelmiet mill-qalb. Hu kiteb, “Insellem il-memorja tal-għażież ħija George, li bħal għada sena sejjaħlu għal ħdejn il-Mulej. Ma ninsewk qatt ħi.”

Il-memorja tiegħu żgur li ħa tibqa’ f’qalb ħafna atturi u d-diversi nies li kellhom iċ-ċans li jaħdmu miegħu kemm fuq il-palk u anke fix-xandir; il-memorja tiegħu ħa tibqa’ ħajja f’qalb l-udjenzi li tant daħħak u anke rnexxiellu jbikki.

Strieħ fis-sliem George.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI