“Int Għamiltni Omm Għall-Ewwel Darba!” – Omm Il-Kantanta Kimberly Cortis F’Għeluq Sninha

Illum il-kantanta Maltija Kimberly Cortis qed tiċċelebra għeluq sninha, u għal din l-okkażjoni speċjali, ommha għażlet li taqsam messaġġ mill-isbaħ mimli mħabba u emozzjoni. Fil-messaġġ tagħha, omm Kimberly tfakkar kif bintha kienet dik li għamlitha omm għall-ewwel darba, u tistqarr li l-imħabba li tħoss lejha hija tant kbira li diffiċli tesprimiha bil-kliem.

Hija tgħid li Kimberly daħlet f'ħajjithom biex tagħmilha isbaħ, filwaqt li tawguralha li tkompli tgħix il-ħolm tagħha flimkien ma' Cher, u li jkollha ħajja twila mimlija ferħ. Il-messaġġ jintemm b'awguri mill-qalb mingħand ommha, missierha u Nicole, li jfakkruha kemm iħobbuha bla qies.

Minn qalbna u f'isem Gwida, nawguraw lil Kimberly Cortis l-isbaħ xewqat f'dan il-jum speċjali! Awguri Kimberly!

Ritratt:

Facebook / Kimberly Cortis

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI