Fid-dinja ta’ kuljum, ir-relazzjonijiet bejn l-aħwa ħafna drabi jkunu mimlija b’ħafna memorji, sitwazzjonijiet komiċi u wkoll appoġġ bla kundizzjoni. Dan jidher ċar fil-messaġġ ta’ Deborah C kitbet lil oħtha, messaġġ li mhux biss jiċċelebra ġurnata speċjali, iżda wkoll jagħti xhieda ta’ rabta li tmur lil hinn mid-demm.
“Għeluq snin it-tajjeb lil oħti l-unika! Int mhux biss oħti — imma l-aqwa ħabiba tiegħi, il-kompliċi tiegħi f’kollox, u l-persuna li tafni aħjar minn kull ħaddieħor. Jiena xxurtjata ħafna li għandi lilek f’ħajti. Nittama li l-jum tiegħek ikun sabiħ, sabiħ bħalek u mimli daħk. Għal aktar avventuri, aktar memorji, u aktar mumenti ta’ ġenn b’mod perfett flimkien. Inħobbok sal-qamar u lura!” tikteb Deborah b’ton mimli mħabba u gratitudni.
Dan il-messaġġ qasir iżda qawwi jfakkarna f’valur importanti ħafna, il-ħbiberija u l-appoġġ li joffru l-aħwa. F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil oħtha l-isbaħ xewqat f’dan il-jum għażiż.