Is-Seba’ Edizzjoni Tal-Michelin Guide Malta – Liem Restoranti Għamlu Din Il-Lista Prestiġjuża?

L-ebda ristorant Malti ġdid ma ngħata stilla Michelin din is-sena. Ma kienx hemm wisq moviment fis-seba’ edizzjoni tal-Michelin Guide ta’ Malta. ION Harbour by Simon Rogan żamm postu bħala l-uniku stabbiliment Malti li għandu żewġ stilel Michelin.

Fernandõ Gastrotheque, De Mondion, Noni, Rosamì, Under Grain u Le GV kollha żammew l-istilla waħda tagħhom.

Kien hemm xi tibdil żgħir fil-lista tal-Bib Gourmand, il-premju mogħti lil ristoranti li jservu ikel ta’ kwalità għolja bi prezz tajjeb. Verbena tal-Imġarr ġie promoss għal din il-lista, u ngħaqad ma’ AYU, Grain Street, Rubino u Commando. Terrone tneħħa mil-lista.



Intant, Scala (Mdina), Bistro Boca (Ta’ Xbiex), Anima (San Ġiljan), Le Majoliche (San Ġiljan) u Osteria Scottadito (Nadur) żdiedu mal-Michelin Guide fil-kategorija ta’ ristoranti rakkomandati.





Ritratti:

Facebook / Micheline Guide

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI