"Is-Sibt Li Għadda… Wieħed Mill-Membri Tat-Tim Tagħna Ġie Nnotifikat Pożittiv" – Bureau Vallée Malta

Il-ħanut Bureau Vallée Malta li għandu tliet fergħat ġo pajjiżna ħabbar li bħalissa għandu l-fergħa ta’ Ħal Qormi magħluqa minħabba li wieħed mill-ħaddiem instab pożittiv. Huma ħarġu stqarrija fuq il-paġna tagħhom biex jinfurmaw lill-klijenti.

Huma kitbu, “Il-Fergħa tagħna ta’ Ħal Qormi hija momentanjament magħluqa Sigurtà u onestà l-ewwel: Is-Sibt li għadda fit-15:00, wieħed mill-membri tat-tim tagħna ġie nnotifikat pożittiv għall-Covid-19 u nbagħat id-dar għall-kwarantina immedjatament! Fit-15:30, il-ħanut ingħalaq u t-tliet persuni li jaħdmu miegħu kienu wkoll iżolati u mibgħuta d-dar.”





Huma jkomplu jispjegaw, “Il-wegħda tagħna qabel ma niftħu mill-ġdid: Kollha kemm huma ma jirritornawx għax-xogħol qabel ma jgħaddu sebat ijiem u nstabu negattivi. Sanitizzazzjoni xierqa u totali ħa ssir llejla fis-sitta ta’ filgħaxija. Hekk kif jinħareġ iċ-ċertifikat aħna naġġornaw il-paġna tagħna u niftħu mill-ġdid.”

Enfasi importanti li jagħmlu hi, “Il-membri kollha tat-tim tagħna dejjem jilbsu maskri u jnaddfu idejhom fiċ-ċirkostanzi kollha imma għas-sigurtà ta’ kulħadd, nistgħu nħeġġu lill-klijenti tas-Sibt tagħna biex jagħmlu test fi żmien sebat ijiem jekk jibdew jidhru xi sintomi. F’isem il-kumpanija niskużaw ruħna għal kull inkonvenjent ikkawżat.”



Huma ħadu ċ-ċans sabiex ifakkru lill-klijenti tagħhom li l-ħwienet tagħhom ġo San Ġwann u dak ġos-Swieqi jinsabu miftuħa b’mod normali.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI