Ftit tal-ħin ilu, Malta Football Association - 1900 qasmu fuq il-paġna tagħhom aħbar sabiħa hekk kif it-tim nazzjonalo Malti tan-nisa ta' taħt il-15-il sena rebħu kontra l-Irlanda ta’ Fuq bl-iskor ta’ 2-1.
Huma qalu, “Rebħa għat-Tim Nazzjonali Malti tan-Nisa taħt il-15-il Sena! It-tim żagħżugħ kiseb rebħa sabiħa ta’ 2-1 kontra l-Irlanda ta’ Fuq fit-tournament ta’ Żvilupp tal-UEFA WU15, b’Chanice Refalo u Katrine Jorgensen jiskorjaw għal Malta!”
Żiedu, “Il-logħba li jmiss għal Malta se tkun kontra r-Rumanija, nhar il-Ħadd 21 ta’ Settembru fid-13:30 fiċ-Centenary Stadium.”
Prosit kbira lit-tim kollu u dawk kollha involuti! Ibqgħu sejrin hekk!