Il-kittieb lokali Walid Nabhan, sellem lil Ġużeppi, vittma tal-Covid-19. Walid kiteb, "Sirt naf li x-xiħ li kien jittantani kull filgħodu jien u sejjer għax-xogħol kien l-aħħar vittma tal-Corona".
Jgħid li qalbu niggżitu għax kien ilu ġranet ma jitbissimlu b'dik it-tbissima tiegħu. "Ma nafx għalfejn f’daqqa waħda qed inħossni tlift parti intima minni nnifsi" jgħid il-kittieb.
Strieħ fi sliem Ġużeppi.