Illum hija l-ġurnata fejn stajt tieħu l-qattusa miegħek ix-xogħol! Hekk għamlu Amber u Dorian, il-preżentaturi ta’ The Ride Home fuq Magic Malta. Magħhom jippreżentaw kien hemm Beppe u Pippo, il-qtates ta’ Dorian.
Il-qattusa hija waħda mill-aktar annimali domestiċi popolari. Fl-Istati Uniti tista’ ssib madwar 90 miljun qattusa domestika, u minn tal-inqas qattusa waħda ġewwa 34% tad-djar.
Ġewwa Tokjo, għall-kumpanija tal-informatika Ferray, din li ġrat fl-istudjo ta’ Amber u Dorian, tiġri kuljum. Dan għaliex għandom 9 qtates li d-dar tagħhom hija l-uffiċju, biex joħolqu ambjent fejn itaffu l-istress tax-xogħol.
Jidher li din hija komuni fil-Ġappun hekk kif Oracle Japan għandom kelb li jilqa’ mistednin fl-uffiċju, filwaqt li Pasona Group impjegaw (jekk nistgħu ngħidu hekk) żewġ mogħżiet u żewġ alpaca!
Facebook / @MagicMalta917