Jack Mizzi kiseb postu fil-The Malta Records wara li stabbilixxa rekord nazzjonali ġdid bħala l-iżgħar batterista fil-gżejjer Maltin li kiseb Distinction fl-eżami tal-London College of Music Examinations tal-Università ta’ West London.
Ir-rekord ġie ppreżentat uffiċjalment waqt żjara li rappreżentanti ta’ The Malta Records għamlu f’garaxx f’Ħal Luqa, fejn isiru lezzjonijiet tal-batterija għal studenti ta’ etajiet differenti.
Jack kiseb din il-kisba impressjonanti meta kellu biss 5 snin, 7 xhur u 10 ijiem, u b’hekk daħal fil-kotba tar-rekords Maltin. The Malta Records faħħret ukoll lill-għalliem tiegħu, John Farrugia, għad-dedikazzjoni u l-impenn li juri fit-tagħlim tal-istudenti tiegħu, filwaqt li jgħinhom jilħqu livelli għoljin fil-mużika.
Din il-kisba hija xhieda tat-talent u l-ħidma ta’ Jack minkejja l-età żgħira tiegħu, kif ukoll tal-importanza ta’ gwida professjonali fil-qasam mużikali.
Facebook / The Malta Records