Jagħti Isem Uliedu Lil Żewġ Karattri Prinċipali Fil-Produzzjonijiet Televiżivi Dell Minsi U Il-Klinika

L-attur u direttur Clayton Pace matul din l-iskeda nistgħu ngħidu li huwa impenjat mhux ħażin. Hu qed jifforma parti mit-tim tal-produzzjonijiet televiżivi Dell Minsi u Il-Klinika.

“Fatt kurjuż! Bħalissa bħalma bosta jafu, ma’ tim tal-ġenn qed nieħu ħsieb żewġ proġetti televiżivi... Dell Minsi u Il-Klinika.”

Clayton irnexxielu jdaħħal lil uliedu fil-produzzjonijiet, billi jagħti isimhom lil tnejn mill-karattri prinċipali li qed jagħmlu parti mill-istejjer.



“Attur prinċipali minn kull naħa semmejtu għal wiehħd minn dawn iż-żewġ teżori li għandi. Noah (Il-Klinika - parti interpretata minn Rudy Emmanuel Catania) u Jack (Dell Minsi - parti interpretata minn Randell Pace)”

 Idea ħelwa immens li żgur jibqgħu jiftakru. Illejla Dell Minsi ser ikompli fit-20:30 fuq NET Television.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI