Kulħadd huwa avżat li malli tirfes mill-bieb il-barra int obbligat tkun liebes maskra. Din hija parti mil-liġi uffiċjali ħierġa direttament mill-Ministeru tas-Saħħa.
Jekk inti tkun barra f’kwalinkwe post mingħajr maskra għandek multa xi tħallas. Multa ta’ €50 għal min ma jilbisx il-maskra fil-pubbliku u €100 jekk ma titħallasx fil-pront. Dak huwa r-regolament preċiż kif ġie mħabbar mill-awtoritajiet.
Iżda jekk klijent jidħol f’ħanut mingħajr maskra u jikser il-liġi, sid il-ħanut għandu jitqies ħati wkoll? Fuq is-sit Times of Malta Profs Gauci twieġeb li LE, sid il-ħanut mhux se jiġi mmultat. Jaqla’ ċ-ċitazzjoni biss min kiser il-liġi, ċoe dak il-klijent irresponsabbli li daħal mingħajr maskra.
Bosta dehru li qablu ma’ dan. Fil-fatt għalkemm sid il-ħanut dejjem jista’ jwissi jew jitlob bl-edukazzjoni biex tintlibes il-maskra, l-importanti hu li jkun liebes il-maskra hu nnifsu. Sid ta’ ħanut jista’ biss jaqla’ multa jekk jinqabad huwa mingħajr maskra.
Aqra aktar HAWN.
Instagram/ odegi_images/ Facebook/ Gareth Degiorgio