Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Kunsill Lokali L-Isla ħabbru li ser jibda l-proċess biex l-isem uffiċjali tal-Isla jiġi mibdul għal Senglea.
Qalu, “Kif tħabbar fl-Għid il-Kbir, il-Kunsill Lokali flimkien mal-Parroċċa bdew il-proċess sabiex l-isem uffiċjali ta’ beltna jinbidel minn “Isla” għal “Senglea”. F’dawn il-ġranet se jkun qed jitqassam ktejjeb flimkien ma’ ittra f’kull dar fil-belt tagħna, sabiex kulħadd ikun jista’ jifhem aħjar l-istorja, ir-raġunijiet u l-proċess marbut ma’ din il-proposta.”
Żiedu, “Inħeġġu lill-poplu Senglean kollu sabiex jieħu sehem fil-konsultazzjoni pubblika u jesprimi l-fehma tiegħu. Il-vuċi ta’ kull wieħed u waħda minna hija importanti, għax l-identità ta’ beltna tappartjeni lilna lkoll.”