Jiċċelebra Għeluq Sninu L-Kantant Lokali Mike Spiteri Li Rrappreżenta Lil Malta Fil-Eurovision Fl-1995

Illum jiċċelebra għeluq sninu l-kantant lokali Mike Spiteri, wieħed mill-vuċijiet stabbiliti fix-xena mużikali Maltija, li matul is-snin kiseb l-ammirazzjoni ta’ bosta dilettanti tal-mużika lokali. Mike magħruf għat-ton partikolari tiegħu.

Hu jibqa’ mfakkar fost l-oħrajn għall-parteċipazzjoni tiegħu fil-Eurovision Song Contest tal-1995, fejn irrappreżenta lil Malta bil-kanzunetta Keep Me In Mind u kiseb l-għaxar post. Kmieni din is-sena rajna l-kanzunetta tieħu l-ħajja mill-ġdid, hekk kif inktibet bil-Malti u ntużat għall-maratona ta' DARBjorn fejn flimkien mar-rebbieħa ta' X Factor: Back To Win Lisa Gauci u r-rebbieħa ta' Mużika Mużika Jasmine Abela, interpretaw La Tinsinix.

Matul il-karriera mużikali tiegħu, Mike ħa sehem f’diversi festivals u seraq il-qlub ta’ bosta bil-vuċi b’saħħitha u distinta tiegħu, kif ukoll bl-interpretazzjonijiet li tana matul is-snin. F’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawguraw lil Mike l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali. Nittamaw li jkollu ġurnata mill-isbaħ imdawwar minn dawk kollha li huma għal qalbu.

Awguri Mike, għal aktar snin mimlija saħħa, ferħ u naturalment, mużika!

Ritratt:

Facebook / Mike Spiteri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI