Skont it-tbassir tat-temp, din il-ġimgħa se tkun ġimgħa tipika ta’ Frar hekk kif hi mistennija x-xita kważi kuljum.
Għada t-Tnejn huma mistennija ħalbiet izolati b’temperaturi massima tilħaq il-15°C u l-inqas 11°C. It-Tlieta, fil-Festa ta’ San Pawl, se jkun hemm ħalbiet ħfief tax-xita, bit-temperatura massima tkun 16°C u l-inqas 12°C. Nhar l-Erbgħa huwa mistenni l-istess temp b’temperatura massima tkun ta’ 17°C u l-inqas 14°C.
Ir-riħ mistenni jqum bejn forza 7 u 8 nhar il-Ħamis (li se jkun b’ħalbiet tax-xita) u l-Ġimgħa fejn se jkun imsaħħab. F’dawn il-jumejn it-temperatura massima se tkun ta’ 18°C u l-inqas ta’ 12°C.
Tmiem il-ġimgħa mistenni jkun ukoll bix-xita.