Jidher li xi wħud għad fadlilhom x’jitgħallmu f’pajjiżna. Raġel fuq grupp fuq Facebook kiteb għall-għajnuna biex xi ħadd jirrekomandalu psikjatra.

Filwaqt li kien hemm xi wħud li għenuh, minn tal-inqas 8 persuni għafsu r-reazzjoni ‘Haha’ fuq il-post tiegħu. Saħansitra ċertu kummenti biex jiddieħku kitbu “Lili ħadd ma fejjaqni so m’hawnx tajbin!!”

Wara kummenti bħal dawn malajr tfaċċjaw kummenti ta’ rabja li qalu: “Biex qed tidħku qiskom boloh! La tmisskom il-mental health kellmuni.”
Persuna oħra kitbet: “Min qiegħed jidħak veru nies injoranti! Meta tuġgħak saqajk u ssaqsi għal tabib ma tismax lil xi ħadd jgħidlek haha! Kulħadd hu suġġett għal problemi mentali! Hu xejn ma hi ta’ diżunur! Ikbru ftit l-aħwa u tibqawx injoranti!”

Aħna minn Gwida.mt nixtiequ nuru solidarjetà ma’ kull min qed ibgħati bis-saħħa mentali, speċjalment hekk kif qed jitfaċċaw ħafna aktar każijiet bħala konsegwenza tal-pandemija. Qatt mhu tard li titkellem, u dak li qed tħoss int huwa validu anke jekk għal ħaddieħor m’huwiex.