“Jirnexxilek Torqod Meta Taf Li Llum Benġilt Lil Xi Ħadd Biex Tidher Ħelu Ma’ Ħaddieħor?” – Sonic J Aquilina

Id-DJ u l-attur li narawh fost l-oħrajn waqt Sorelle, Sonic J Aquilina, kiteb fuq il-midja soċjali dwar l-esperjenza tal-bullying li għadda minnha.

“Meta kont żgħir batejt ħafna. Batejt minn dak imsejjaħ bullying. Ħafna kienu jgħidu li dan it-tifel ma jasal imkien. Tajjeb biss biex jiġi mgħajjar u jaqla’ s-swat.”

“Iż-żmien tana parir. Snin wara l-istess nies kont issibhom taht id-DJ stand li fih kont inkun qed indoqq jien f'sakra mejta u jibgħatulek kemm tgħajthom gost il-lejl ta’ qabel. L-istess nies illum jibgħatuli l-proset fil-karriera tiegħi tad-drama.”

“Qatt ma rritaljajt imma batejt fis-skiet u dejjem żammejt haġa f moħħi... Irrid nagħti risposta. U hekk għamilt. Wasalt fejn xtaqt. Imma l-aktar li batejt għax qatt ma kont nitkellem u niftaħ qalbi ma’ min seta jgħini.”



“X'gost tieħu tara persuna oħra tbati? X'sodisfazzjon ikollok meta tara persuna tibki minn ħabba fik? Jirnexnexxielek torqod meta taf li llum benġilt lil xi ħadd biex tidher ħelu ma’ ħaddieħor?”

Facebook/Sonic J Aquilina

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI