Joel Ellul Iniedi L-Ewwel Marka Maltija Ta’ Nuċċalijiet Tal-Blue Light – Minn Content Creator Għal Imprenditur!

Il-content creator Malti Joel Ellul, magħruf għall-kontenut tiegħu relatat mal-gaming, għadu kemm nieda negozju ġdid bl-isem ta’ Gameify, l-ewwel marka Maltija ta’ nuċċalijiet tal-blue light. Joel, li għandu aktar minn miljun segwaċi fuq il-pjattaformi soċjali tiegħu, iddeċieda li jibdel il-passjoni tiegħu għall-gaming f’opportunità ġdida.

Iż-żagħżugħ min-Naxxar, li huwa wieħed minn għaxart aħwa, kien jistudja biex isir għalliem tal-Edukazzjoni Fiżika u kien jilgħab il-futbol fuq livell semi-professjonali. Madankollu, il-pandemija bidlet il-pjanijiet tiegħu u wasslitu biex jibda joħloq kontenut fuq TikTok u YouTube. "Ridt nuċċalijiet li verament inħossni komdu nilbishom quddiem il-kamera u barra minnha, u ridt li jkunu ġejjin minn Malta," spjega Joel.

Gameify toffri diversi disinji ta’ nuċċalijiet b’lentijiet differenti, maħsuba għal dawk li jqattgħu sigħat twal quddiem l-iskrin, kemm għax-xogħol kif ukoll għad-divertiment. Il-prodotti huma diġà disponibbli fuq is-sit gameify.org, bi prezzijiet li jibdew minn €64.99.

Prosit lil Joel għal din l-inizjattiva ġdida! Nawgurawlu ħafna aktar suċċessi!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI