Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, The Malta Records tkellmu dwar rekord li ngħata riċenti.
Huma qalu, “The Malta Records ilbieraħ kellna l-pjaċir niltaqgħu ma' dilettant tal-karozzi li jaħdmu bir-remote control sabiex nippreżentawlu rekord nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin. L-iqsar ħin irrekordjat fl-isport ta' speed run tal-karozzi.
Dan ir-rekord nazzjonali ġdid ġie mwaqqaf minn Warren Azzopardi li f'kompetizzjoni ġewwa Sqallija saq il-karozza Arrma GT Perfect Pass bir-remote control b'veloċità ta' 303 kilometri s-siegħa f'ħin ta' 9 sekondi. Dan seħħ nhar id-19 ta' Lulju, 2025. Tajjeb ngħidu li Warren għandu grupp ta' ħbieb tal-qalb li jgħinuh iwettaq il-ħolm tiegħu.
Minn qalbna nawguraw lil Warren kull suċċess fil-futur, fejn l-għan tiegħu huwa li jkompli jirfina sabiex joqrob lejn rekord dinji f'dan il-passatemp tant għal qalbu.”