Il-President tal-Ħamrun Spartans Joseph Portelli bħalissa jinsab fil-proċess li jixtri tim tal-futbol Taljan, skont kif żvelat mill-ġurnal Times of Malta.
Dan wara li fil-passat il-President tal-Ħamrun Spartans kemm-il darba tenna x-xewqa tiegħu li jixtri tim tal-futbol Taljan tant li kien anke ddeskriva din ix-xewqa bħala “ħolma” tiegħu.
Jidher li Joseph Portelli qiegħed fil-proċess li jixtri t-tim Taljan Nocerina li bħalissa ukoll qiegħed jikseb riżultati pożittivi fil-kampjonati li qed jipparteċipa fihom.
Facebook / Ħamrun Spartans Football Club u SportsDesk