Illum qiegħda tiċċelebra għeluq sninha Sarah Zerafa, magħrufa fuq il-midja soċjali bħala Sosa Zerafa. Sarah twieldet fl-1995, u dan ifisser li llum għalqet it-30!
Lil Sarah rajnieha wkoll bħala parti mill-panel tal-ġurija fl-ewwel u t-tieni staġun ta’ Malta’s Got Talent. Dan huwa t-tieni għeluq sninha bħala miżżewġa, hekk kif hi u l-imħabba ta’ ħajjitha David qalu s-signor si f’Ġunju tas-sena l-oħra.
Sarah qasmet ritratti fuq il-midja soċjali fejn naraw tibdila mill-isbaħ għaċ-ċelebrazzjonijiet t’għeluq sninha, kif ukoll messaġġ għall-okkażjoni. “Kapitlu tletin jibda hawn! Kun kapitlu sabiħ għalija, jekk jogħġbok.”
Awguri mill-qalb Sarah!
Facebook/ Sarah Zerafa