Il-kantanta Amerikana Katy Perry u l-attur Orlando Bloom iddeċidew li jtemmu r-relazzjoni tagħhom wara kważi għaxar snin flimkien. Sorsi qrib il-koppja kkonfermaw li l-firda seħħet b’mod paċifiku, u li Perry u Bloom baqgħu fuq termini tajbin.
Il-koppja kienet bdiet toħroġ flimkien fl-2016, u għalkemm għaddew minn waqfiet temporanji, kienu reġgħu ngħaqdu u saħansitra tgħarsu fl-2019. Fl-2020, kellhom tifla flimkien, li semmewha Daisy Dove.
Minkejja l-firda, kemm Katy kif ukoll Orlando jkomplu jisħqu fuq l-importanza ta’ familja u l-ġid ta’ bintom bħala prijorità. Għad m’hemmx stqarrija uffiċjali mill-koppja, iżda l-aħbar diġà qed tiġġenera reazzjonijiet kbar fost il-partitarji tagħhom madwar id-dinja.
Il-fatt li huma żewġ ismijiet magħrufa sew, reazzjoni bħal din kienet mistennija.
Facebook / Katy Perry