Claudette Abela Baldacchino qasmet messaġġ mimli mħabba u gratitudni hekk kif hi u żewġha Kevin Abela iċċelebraw il-25 anniversarju taż-żwieġ tagħhom. Fuq il-midja soċjali, Claudette kitbet b’umoriżmu u emozzjoni, “Fidda – 25 sena wara u għadna ma beżżajniex lil xulxin!”
Hija ddeskriviet dawn is-snin flimkien bħala “tebqa ta’ għajn”, filwaqt li rriflettiet fuq il-mumenti sbieħ u dawk diffiċli li għaddew minnhom flimkien matul il-vjaġġ tagħhom bħala koppja. “Permezz tal-mumenti sbieħ, dawk diffiċli u dak kollu li ġie bejnietna, irnexxielna ngħaddu minn kollox,” kitbet Claudette.
Hija esprimiet ukoll il-kburija tagħha għall-familja li bnew flimkien matul dawn is-snin kollha. “Tant kburi bil-familja sabiħa li bnejna flimkien,” kompliet tgħid fil-messaġġ tagħha lil Kevin. Il-post tagħha ġibed għadd ta’ kummenti ta’ awguri mingħand ħbieb, segwaċi u personalitajiet pubbliċi, li sellmulhom għal dan il-mument speċjali fil-ħajja tagħhom.
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlhom l-isbaħ xewqat u nawgurawlhom aktar snin ta’ mħabba, għożża u kuntentizza.
Facebook / Claudette Abela Baldacchino