Il-pulizija fl-Islovakkja qasmu ritratt li ħadet kamera tat-traffiku, u ġabet lil kelb qisu qed isuq karozza. Il-pulizija qalu li dan ir-ritratt ġie meħud fil-villaġġ ta’ Šterusy, u l-pulizija waqqfet il-karozza Skoda biex tinvestiga. Huma qalu li l-kelb kien fuq is-siġġu tal-passiġġier biex jara ċ-ċriev li kien hemm fil-madwar, imma li għandhom jittieħdu prekawzjonijiet meta s-sewwieqa jkollhom xi kelb fil-vettura, għax jista’ jostakola s-sewqan.
Is-sewwieq ta’ 31 sena qal li l-kelb qabeż quddiem l-istering waqt li kien qed isuq, iżda l-pulizija qed jaħsbu li s-sewwieq ħalla l-kelb fuqu biex isuq.
Facebook / Polícia Slovenskej republiky