"Kellek Sena Ħażina Ta' Uġigħ Iżda Int Mara B'Saħħtek…" – Shasha Fabri B'Xewqat Sbieħ Mill-Qalb

Shasha Fabri llum xtaqet taqsam messaġġ mill-qalb lil dik li ma taqta' qalbha qatt minkejja l-ostakli tal-ħajja, dik li għallmitha ħafna - l-għażiża ommha.

Shasha fil-messaġġ xtaqet turi lil ommha li tgħammiraha u li fil-ġurnata t'għeluq sninha bi ħsiebha tkun hemm għaliha b'mod speċjali. "Nirringrazzja lill-Mulej li għadni nista' nibgħatlek ... inkelmek ...Ta' kull sena ngħidlek li kellek sena ħażina ta' uġigħ,i iżda inti mara b'saħħtek mentalment u mara li tibqa' tiġġieled biex għada jkollok ġunata aħjar."



Għalqet billi rringrazzjatha ta' kemm hi flimkien ma' missierha għandhom imħabba kbira lejha u lejn il-familja kollha. Fuq il-profil xeħħtet anke erba' ritratti prezzjużi fejn hemm ommha l-għażiża flimkien mal-membri tal-familja.

F'isem it-tim kollu nawgurawlha mill-qalb!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI