“Kelli Nsir Reżiljenti Minħabba N-Nuqqas Ta’ Inklużjoni Li Affaċjajt” – Iċ-Ċkejkna Kate

Fil-jum dinji tal-mard rari ċ-ċkejkna Kate tkellmet dwar l-isfidi li kellha taffaċja matul ħajjitha minħabba l-kundizzjoni rari tagħha magħrufa bħala t-Tatton Brown Rahman Syndrome.

Iċ-ċkejkna spjegat kif illum il-ġurnata tqis ruħha bħala persuna reżiljenti iżda tispjega kif kellha trawwem dan is-sens ta’ reżiljenza ġewwa fiha proprju minħabba n-nuqqas ta’ inklużjoni li affaċjat matul ħajjitha.

Issemmi kif kienu l-ġudizzju u d-diskriminazzjoni li twettqu fil-konfront tagħha kif ukoll il-ħtieġa li taħdem darbtejn daqs ħaddieħor fil-klassi tal-iskola sabiex tkun mifhuma li wassluha sabiex tkun daqstant reżiljenti.

Tisħaq li l-inklużjoni vera fid-dinja tal-lum tfisser li jissawru ambjenti fejn is-sapport jingħata minnufih mingħajr ma wieħed għandu għalfejn jitlob għalih u fejn li wieħed ikun differenti minħabba xi kundizzjoni li jbati minnha hija mistennija minn kulħadd u meqjusa bħala normali.

Iċ-ċkejkna Kate ttemm il-messaġġ tagħha billi tfakkar li billi persuna tbati minn kundizzjoni rari ma jfissirx li għandha tkun iżolata jew titqies bħala inkapaċi. Hi għaldaqstant ħeġġet lil kulħadd sabiex ifakkar dan il-jum li fl-aħħar mill-aħħar jaspira li jqajjem iżjed kuxjenza dwar il-mard rari.



Prosit liċ-ċkejkna Kate!





Ritratti:

Facebook / Kate: Writing My Story

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI