“Kemm Batejt Għalina, Kemm Sibniek Hemm, Kemm Stinkajt Għalina” – Nicholas Borg Bonaci B’Dedikazzjoni Speċjali F’Dan Il-Jum

Nicholas Borg Bonaci xtaq iħalli messaġġ speċjali f’dan il-jum lil persuna għażiża immens f’ħajtu, li kull meta kellu bżonn spalla, dejjem sabha hemm – missieru l-għażiż.





Nicholas jikteb messaġġ mill-qalb għall-okkażjoni waqt li jawgura l-isbaħ xewqat lil missieru. “Missier – Jum speċjali illum għalik. Grazzi Missier ta’ kemm batejt għalina, kemm sibniek hemm, kemm stinkajt għalina. Għeluq sninek darba f’sena jiġi imma jien niċċelebra kuljum li għandi l-aqwa missier fid-dinja”



Kliem mill-isbaħ li żgur ser jagħmel il-ġurnata ta’ missieru ħafna aktar speċjali għalih. Nicholas xerred ritratti mill-passat, ritratti sentimentali mimlijin memorji sbieħ.

F’isem it-tim ta’ Gwida.mt nawguraw lil missier Nicholas l-isbaħ xewqat!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI