Fuq il-mezzi soċjali tagħha, Danita taqsam ħsieb li żgur jgħaddi minn moħħna minn żmien għal żmien. Hi tgħid, “Kemm inkun nixtieq li nkunu dejjem hekk, dejjem nidħku, dejjem flimkien mingħajr ġlied u mingħajr inkwiet. Imma mhux dik hi l-ħajja.”
Hi tkompli, “Mhux dejjem nidħku aħna le, niġġieldu, nagħtu, nilletikaw aktar minn kelb u qattus u fuq it-tifel ma naqblux waħda. Biex tibqa’ ssib il-kuntentizza u t-tbissim trid tikommunika, trid tieħu paċenzja, trid tagħmel ftit sagriffiċju u trid iċedi.”
Hi ttemm tgħid, “Kull relazzjoni fija tagħha u meta jiġu t-tfal trid taħdem it-triplu għal xulxin.”