“Kemm Jekk Se Toħroġ Għal 10 Sekondi Jew 10 Minuti, Dejjem Sakkar Il-Karozza… Is-Serq Jista’ Jseħħ F’Sekonda.” – The Malta Police Force

Il-każijiet ta’ atti kriminali għaddejjin ħin kollu, aktar ma jgħaddi żmien aktar qed niġu fi stat fejn ma tista’ tafda qatt.

Fuq il-paġna uffiċjali The Malta Police Force, il-pulizija jappellaw biex il-pubbliku jipproteġi l-vetturi u joqgħod attent li ma jistedinx li jkun hemm serq.

“Kemm jekk se toħroġ għal 10 sekondi jew 10 minuti, dejjem sakkar il-karozza tiegħek u ħu ċ-ċwievet miegħek. Is-serq jista’ jseħħ f’sekonda, u li tħalli l-karozza tiegħek waħedha, imsakkra jew biċ-ċwievet fil-magna tal-ignition mhux biss huwa riskjuż, iżda wkoll ksur tal-liġi.”

Ta’ min iżomm dan l-appell f’moħħu u jxerred mal-oħrajn.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI