Mariella Pace Asciak qed tiċċelebra l-47 anniversarju taż-żwieġ tagħha ma’ żewġha l-Mro George DeBono b’messaġġ mimli mħabba u nostalġija, fejn irriflettiet fuq il-vjaġġ twil li qasmu flimkien.
Fuq il-midja soċjali, Mariella kitbet li minkejja li 47 sena jidhru bħala ħajja sħiħa, kieku kellha terġa’ tagħżel ma' min tqatta’ dawn is-snin, kienet bla dubju terġa’ tagħżel lil George.
Hija fakkret ukoll kif meta żżewġu kienet għadha kemm għalqet il-21 sena, filwaqt li George kellu 23 sena. Minkejja l-età żgħira tagħhom, qalet li t-tnejn kienu jafu li kienu maħluqa għal xulxin.
Fi tmiem il-messaġġ tagħha, Mariella ddikjarat l-imħabba eterna tagħha lejn żewġha billi kitbet, "Se nibqa' nħobbok sal-aħħar taż-żmien, għażiż George."
Il-messaġġ tagħha ntlaqa' b’ħafna awguri u kummenti sbieħ mingħand ħbieb u segwaċi, li ngħaqdu biex jawguraw lill-koppja ħafna aktar snin ta’ mħabba, saħħa u kuntentizza flimkien.
Facebook / Mariella Pace Asciak