F’Jannar tas-sena l-oħra x-xena tal-ispettaklu u l-moda qamet maħsuda bl-aħbar li għadda għall-ħajja ta’ dejjem, id-disinjatur lokali Drew Warhurst ta’ Drew & Crew. Kieku għadu magħna, qed jiċċelebra mal-familjari, ħbieb u dawk viċinu jum għeluq sninu.
Lil Drew żgur li ħafna jafuh bħala l-istilista li libbes lil Emma Muscat diversi drabi, kif ukoll lil Ira Losco. Fost it-tibdiliet li ħa ħsieb Drew, insibu t-tibdiliet ta’ Emma Muscat fil-Malta Eurovision Song Contest 2022 u l-Eurovision Song Contest 2022.
Bosta sellmu l-memorja tiegħu fuq il-midja soċjali fosthom Russell Sammut, li qasam ritratt memorabbli li juri l-ħbiberija sabiħa tagħhom, u kiteb, “Happy Birthday għażiż Drew Warhurst! Inħoss in-nuqqas tiegħek wisq!”
It-tim ta’ Gwida.mt jixtieq isellem il-memorja ta’ Drew f’jum twelidu. Għal dejjem f’qalbna għażiż, Awguri fil-ġenna.
Facebook/ Drew Warhurst