"Kienet Diffiċli Narawk Dieħla Għall-Operazzjoni." – Il-Ministru Carmelo Abela Lil Bintu

Kull missier u kull omm tista' tgħid li l-iktar ħaġa li ddejjaqhom hi meta jaraw lil uliedhom morda, imweġġa' jew għaddejjin minn xi tip ta' tbatija. L-imħabba vera toħroġ proprju f'dawn il-mumenti tal-ħajja fejn il-ġenturi jagħmlu minn kollox biex jaraw lil uliedhom b'saħħithom u lura għan-normal.

Il-Ministru Carmelo Abela dalgħodu qasam ritratt minn erba' snin ilu meta l-għażiża bintu Nadine kienet iddaħħlet biex tagħmel operazzjoni. Hu kiteb, "Kienet diffiċli narawk dieħla għall-operazzjoni. Inħobbuk Nadine." Naħseb li kull ġenitur iħossha tassew diffiċli jara lit-tfal tiegħu deħlin għall-operazzjoni, kbira kemm hi kbira jew żgħira kemm hi żgħira.



Imma dan fl-aħħar mill-aħħar dejjem isir għall-ġid ta' dak li jkun.

Facebook / Carmelo Abela

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI