Skont analiżi riċenti tal-NHS, numru ta’ kirurgi nisa qed jgħidu li qed jiġu fastidijati sesswalment, attakkati u f’xi każijiet stuprati minn kollegi fis-swali tal-operazzjonijiet.
L-awturi tal-istudju jgħid li hemm numru ta’ apprendisti nisa li qed jiġu abbużati minn kirurgi irġiel anzjani, u dan qed jiġri fl-isptarijiet tal-NHS. Kważi żewġ terzi tan-nisa kirurgi li wieġbu lir-riċerkaturi qalu li kienu fil-mira ta’ fastidju sesswali u terz kienu attakkati sesswalment minn kollegi fl-aħħar ħames snin.
Sfortunatament, ħafna nisa jgħidu li jibżgħu li jekk jirrapurtaw l-inċidenti,, jaffettwaw b’mod ħażin lill-karrieri tagħhom u li fl-istess ħin m’għandhomx fiduċja li l-NHS se tieħu azzjoni.
Hija sitwazzjoni tassew frustranti u xokkanti!