Il-Membru Parlamentari Darren Carabott, kmieni din il-ġimgħa, qasam messaġġ mimli mħabba u gratitudni lil ommu fl-okkażjoni ta’ għeluq sninha. Flimkien ma’ dan il-messaġġ, huwa qasam ukoll ritratt ħelu tiegħu flimkien magħha.
"Awguri, Ma! Kliem biżżejjed biex ngħidulek grazzi ma jeżistux!" kiteb Carabott fuq il-midja soċjali, fejn esprima l-apprezzament tiegħu lejn ommu permezz ta’ ftit kliem sempliċi iżda sinifikanti.
Xi drabi, ftit kliem ikun biżżejjed biex iwassal sentimenti kbar. Il-messaġġ ta’ Darren jirrifletti r-rabta sabiħa li teżisti bejnu u bejn ommu, kif ukoll l-apprezzament tiegħu għal dak kollu li għamlet u għadha tagħmel għalih.
F’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawguraw lil omm Darren, Marthese, l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha. Nawgurawlha ħafna aktar snin mimlijin saħħa, ferħ u mħabba, imdawra mill-għeżież tagħha!
Facebook / Darren Carabott