“Kont għaddejja minn dipressjoni” – Phyllisienne Brincat

Tkellimna mal-kantanta u għalliema tal-kant Phyillisienne Brincat. Lil Phyillisienne staqsejnieha fuq il-ħajja tagħha. Ma’ Gwida.mt, Phyillisienne stqarret li kienet għaddejja minn żmien diffiċli.

“Meta kont għaddejja bid-depression, imma Alla ħellissni minnha, meta sabni Ġesu’ għax kont in-ngħaġa l-mitlufa”.  - Phyillisienne Brincat

Phyillisienne tgħid li hi bniedma sensittiva ħafna… “Nibki anke waqt xi kartuns ta’ Walt Disney jien” żiedet tgħid. Peró r-reliġjon għallimha tħobb aktar lilha nnifisha.

Ritratt Phyillisienne Brincat / Facebook

“Issa li jien tieghU dejjem ferhana anke meta nkun imdejqa! Ghax inkun naf li dak li ghadejja minnu sa nirbhu bl-ghajnuna tieghU! Hallelujah!” - Phyillisienne Brincat

Phyillisienne apparti li omm ta’ 3, hija nanna! “Bhala nanna nħossni mbierka, anzi qed inħares l-quddiem li nsir bużnanna, dejjem jekk Alla jrid.” tgħidilna din il-kantanta. Imma Phyillisienne titlob man-neputijiet?

Ritratt Phyillisienne Brincat / Facebook

“… U kif nitlob magħhom!!! It-talb tagħna jkun dak li jispirana l-Ispirtu s-Santu, kulħadd jgħid dak li jħoss lil Alla! Ma jkunx ritwal, imma relazzjoni ma’ Alla f’isem Ġesù, għax Ġesù Hu l-uniku medjatur bejn Alla u l-bniedem. (1 Timotju 2:5,6)”

Aħna minn qalbna nixtiequ nawguraw aktar saħħa lil din il-kantanta u għalliema.

Phyillisienne Brincat / Facebook

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI