Kont Taf Dawn Il-Fatti Fuq Is-Siġar Tal-Bajtar Tax-Xewk?

Id-Dipartiment tal-Informazzjoni ta’ spiss jgħallem lis-segwaċi tiegħu affarijiet ġodda dwar pajjiżna, jew dak li nsibu fih. Waħda mill-kitbiet li għamlet il-paġna llum kienet propju dwar is-siġar tal-Bajtar tax-xewk. Dawn is-siġar ilhom Malta minn wara l-1492, u hija speċi ta’ kaktus. Din “tintuża fl-agrikoltura biex tagħlaq il-periferija tal-għelieqi li tagħti lill-bidwi protezzjoni mir-riħ u tgħin ukoll biex in-nies ma jidħlux fl-għelieqi. Għalkemm din il-pjanta tagħmel il-frott, ma tantx jinħasad mill-bdiewa.”

Ma nonqsux ngħidu ukoll li din tagħmel frott li ħafna jiġġennu għalih f’dawn iż-żminijiet. Dan jista’ jitgawda f’xarba friska, jew wara li tkun qaxxartu, u b’xi tingiża fis-subgħa!





Pierre Sammut



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI